Vġili f’Malta b’tislima lill-vittmi ta’ Brussell

Propju fil-lejl wara l-attakki terroristiċi fi Brussell, grupp ta’ persuni nġabru f’San Ġiljan fi pjazza Spinola. Hemmhekk, ġew imfakkra l-vittmi fejn l’ fuq minn 30 persuna li tilfu ħajjithom, u oħrajn indarbu, fl-attakki terroristiċi li ħadet ir-responsabbilta’ għalihom l-ISIS.

Mal-monument tal-‘LOVE’, iddendlet bandiera tal-Belġju b’ċoff iswed bħala sinjal ta’ luttu. Il-persuni preżenti xegħlu numru ta’ xemgħat quddiem l-istess monument bħala turija ta’ rispett lejn il-vittmi. Apparti x-xemgħat, kien hemm min ukoll kiteb noti b’messaġġi għall-vittmi innoċenti.