Lokali

Aġġornata: Basket iswed bil-ġugarelli jqajjem suspett fil-Belt

Dalgħodu, numru ta’ uffiċini fil-Belt kienu evakwati wara basket iswed suspettuż li kien innutat fi Triq Zakkarija. Barra minhekk, il-ħwienet kollha f’din it-triq ingħalqu.

Mara li kienet għaddejja mill-post innutat il-basket u għamlet kuntatt mal-Pulizija. Wara tfittxija li saret, instab li fil-basket kien hemm xi ġugarelli mormija.

Dan instab fil-parti tat-triq li tiġi bejn Pjazza San Ġwann u Triq Melita, eżatt quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn għal xi ħin filgħodu kien hemm espost l-Arċisqof Emeritus Mons Ġużeppi Mercieca.

TRIQ zAKKARIJA