(Ritratti: Martin Agius)
1pm: Fortunatament, irriżultat fin-negattiv it-tfittxija fl-inħawi tal-Park and Ride ta’ Ħal Qormi, filwaqt li r-raġel kien arrestat. Kelliem għall-Korp tal-Pulizija qal lil NETnews.com.mt li l-kwistjoni bejn ix-xufier u l-barrani, li hu mill-Maċedonja, setgħet oriġinat minn nuqqas ta’ ftehim bejn it-tnejn. Madankollu, il-barrani ġie arrestat għal aktar stħarriġ.
Aktar kmieni …
Il-Pulizija għaddejja b’ħidma ta’ tfittxija wara li raġel barrani li kien fuq tal-linja beda jgħajjat u jgħid li kellu bomba fil-pussess tiegħu. Dak il-ħin il-karozza tal-linja kienet għaddejja minn qrib il-Park and Ride ta’ Ħal Qormi.
L-attitudni tal-barrani ħolqot paniku u ssejħu immedjatament il-Pulizija. Mal-wasla fil-post, dawn għalqu t-triq u anke toroq oħra tal-madwar. Fil-post issejħu wkoll membri mill-Explosives Ordnance Disposal tal-Forzi Armati, li bdew ħidma biex ikun ikkonfermat li m’hemmx periklu.
Il-ħidma qed issir fuq il-karozza tal-linja u anke fit-toroq tal-madwar. Kawża ta’ dan, numru ta’ toroq fil-viċin ingħalqu għat-traffiku. Il-ħidma qed tiġi segwita mill-qrib ukoll mill-Brigadier tal-Forzi Armati Jeffrey Curmi.
Aktar dettalji kif jaslulna …
//= $special ?>



