Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar, grupp ta’ disa’ Uffiċjali mill-Forzi Armati ta’ Malta, li jagħmlu parti mill-Explosives Ordnance Disposal (EOD) ġew iċċertifikati bħala istrutturi tal-għadis.
Il-kors kollu dam tliet ġimgħat u sar taħt it-tmexxija ta’ Dr Matthew Montebello u Etienne Micallef mill-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) u l-International Scuba Diving Academy (ISDA).
Il-kors kien jikkonsisti fit-teknika tat-tagħlim, kif ukoll suġġetti tekniċi, manuvri tal-emergenza u tal-ewwel għajnuna relatati mal-għadis. Għall-aħħar tal-kors, il-membri ġew kollha eżaminati minn Mario Perricone, li hu eżaminatur tal-ISDA.
//= $special ?>

