Lokali

Festival tal-Ktieb fil-Kampus tal-Universita’

L-Għaqda tal-Malti – Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April, mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sat-tard.

Matul it-tlett ijiem tal-Festival il-Librerija tal-Università se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-istudenti b’attivitajiet interessanti fi mkejjen li mhux is-soltu nidħlu fihom. L-Għaqda tal-Malti se tkun qed tesebixxi r-ritratti tal-kompetizzjoni Ħudli Ritratt li għandha miftuħa sal-1 ta’ April. Matthew Schembri se jkun qed jieħu ħsieb l-installazzjoni tal-arti Ixorbu l-Kotba.

Il-mistiedna speċjali tal-festival se jkunu Dr Tonio Borg li se jitkellem dwar il-karriera tiegħu lil’hinn mill-politika. Il-kittieba Iżlandiża Gerður Kristný se tkun preżenti fl-attività kull ġurnata. Nhar is-6 ta’ April, Kristný se tkun qed tagħti workshop marbut mal-kitba mill-ġdid tal-Mitoloġija, u nhar is-7 ta’ April jiġi fi tmiemu l-festival b’qari u mistoqsijiet lill-istess awtriċi.

Il-Festival miftuħ għal kulħadd bla ħlas.