Il-kantanta Adele saħħret lil kulħadd ilbieraħ meta waqt il-kunċert tagħha fl-O2 Arena ta’ Londra sellmet il-memorja ta’ dawk kollha li mietu fl-attakki ta’ Brussell.
Waqt li Adele bdiet tkanta eluf ta’ mobiles inxtgħelu u ħolqu atmosfera unika fl-arena. “Din il-kanzunetta għal Brussell”, qalet Adele fil-kunċert li kien l-aħħar wieħed minn sitt li kellha dan ix-xahar f’Londra.
Fil-kapitali Ingliża ilbieraħ intwera ukoll għall-ewwel darba il-film Batman v Superman: Dawn of Justice. Għalkemm tħassar ir-Red Carpet u l-intervisti mal-atturi, il-Premier sar kif pjanat.
//= $special ?>