Hemm rapporti konfliġenti fil-midja Belġjana dwar rapporti illi Najim Laachraoui li kien mal-aħwa fit-twettieq tal-attakk fi Brussell, inqabad wara tfittxijiet intensivi. Għall-ewwel kien rapporti li hu kien arrestat fiz-zona ta’ Anderlecht imma issa jidher li dan ma kienx minnu.
IR-RAPPORTI GĦADHOM DIEĦLIN
AKTAR KMIENI
Iż-żewġ attakki suwiċida li twettqu fl-ajruport internazzjonali ta’ Brussell kienu kordinati minn żewġt aħwa – Khalid u Brahim el-Bakraoui (ritratt fuq ix-xellug u fuq il-lemin).
Dan qed jiġi rappurtat mill-istazzjon Belġjan RTBF.
Illum f’nofsinhar il-Belġju se josserva minuta silenzju bħala sinjal ta’ luttu.
//= $special ?>