Iż-żagħżugħ li ħelisha ħafif mill-attakki terroristiċi ta’ Boston, Pariġi u Brussell!

Min salva mill-attakki terroristiċi fi Brussell għandu storja x’jirrakkonta. Iżda Mason Wells (xellug, ritratt fuq) għandu tlett stejjer x’jirrakkonta – għax fis-snin u x-xhur li għaddew ħelisha ħafif ukoll mill-attakki terroristiċi ta’ Boston u ta’ Pariġi.

Iż-żagħżugħ, ta’ 19-il sena mill-Istati Uniti, kien ma’ żewġt iħbieb tiegħu fl-Ajruport ta’ Zaventem fi Brussell, lest biex jirritorna lejn l-Amerika, meta seħħet l-isplużjoni. Hu ndarab u qed jingħata l-kura fi sptar fi Brussell.

Iżda din mhijiex l-ewwel darba li ż-żagħżugħ ħelisha ħafif minn attakk terroristiku. Fl-2013, Wells kien blokk bini bogħod minn fejn seħħ l-attakk terroristiku waqt il-Maratona ta’ Boston. U s-sena li għaddiet, il-ġuvni kien f’nofs Pariġi waqt l-attakki li ħallew 130 persuna mejta.

Iż-żagħżugħ issa qed jirkupra ġo sptar fi Brussel mill-ġrieħi li ġarrab u mill-ħruq li kien ikkawżat mill-isplużjoni, iżda jidher li mhux se jdum biex jirkupra u jkun jista’ jirritorna lura d-dar.

utah man