Tabib tal-familja qed jitlob għall-għajnuna tal-pubbliku wara li nsterqitlu l-bagalja li biha jagħmel il-viżti.
It-tabib spjega ma’ NETnews.com.mt li l-bagalja nsterqet sakemm dan kien qed ifittex dar ta’ pazjent fl-akwati ta’ Ta’ Paris f’Birkirkara.
Hu qed jappella biex il-bagalja tkun irritornata minħabba dokumenti kunfidenzjali li għandu ta’ xi pazjenti.
Min isib il-bagalja għandu joħodha għand il-Patrijiet Franġiskani taċ-ĊAK jew inkella l-għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara.
//= $special ?>

