Lokali

Kundanna mill-komunità Musulmana f’Malta għall-attakki terroristiċi fi Brussell

L-Imam tal-komunità Musulmana f’Malta Mohammeed Elsadi kkundanna l-attakki treroristiċi li saru minn estremtisti u terroristiċi Iżlamiċi fil-Belġju u qal  li jinsab ixxukjat u ddispjaċut bl-attakki terrostitiċi fi Brussell.

F’isem il-komunità Musulmana f’Malta l-Imam ikkundanna lit-terroristi u sejħilhom beżżiegħa u kriminali li mhux biss qed jattakkaw lil persuni innoċenti Ewropej, iżda wkoll liċ-ċittadini Musulmani u Iżlamiċi fl-Ewropa.

Skont l-Imam, dawn l-attakki terroristiċi qed itappnu id-dehera paċifika tal-Iżlam u jesponu lill-Musulmani għall-mibgħeda, inġustizzja u tbatija.

L-Imam sostna li dawn l-attakki qed jimminaw l-impenn ta’ integrazzjoni tal-Musulmani fl-Ewropa u qal li kull attakk terrorista fl-Ewropa qed joqtol kull tama ta’ sigurtà u stabbiltà fl-Ewropa u għall-futur tal-ġenerazzjonjiet futuri. Filwaqt li espriema solidarjetà mal-familji tal-vittmi u mal-Malti li weġġa’ fl-isplużjoni, Lorenzo Vella, l-Imam qal li jittama li Alla jgħin biex it-terroriżmu jkun eliminat u biex id-dinja tgħix fl-paċi.