Lokali

Muscat mhux se jattendi l-funeral ta’ Mons. Gużeppi Mercieca għax qiegħed vaganza

Il-Prim Ministru Joseph Musat mhux se jattendi l-funeral tal-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca… għax qiegħed btala.

Dan ġie kkonfermat minn Kelliem fl-Uffiċju tal-Prim Ministru stess mal-ġurnal The Malta Independent fi storja ppubblikata dalgħodu.

Minflok, Joseph Muscat se jibgħat lill-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo biex jirrappreżentah. Fl-artiklu, The Malta Independent irrappurtaw li l-Prim Ministru qiegħed fuq btala privata mal-familja tiegħu.

Bħalissa, il-kadavru ta’ Ġużeppi Mercieca jinsab espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Il-quddiesa ssir aktar tard, għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar.

Fis-snin li għaddew, l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ħassar vaganzi ppjanati biex jattendi funerali f’okkażjonijiet simili.