Lokali

AĠĠORNATA: Rapport ta’ splużjoni f’boathouse fl-Armier

Għall-ħabta tas-7:30am il-Pulizija daħlilha rapport dwar splużjoni li seħħet fl-Armier. Jirriżulta li din l-isplużjoni seħħet qrib boathouse li hemm fiz-zona.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu illi ħadd ma ndarab f’dik li hi maħsuba li kienet splużjoni kkawżata minn bomba li tpoġġiet ma’ kamra fil-Bajja tal-Armier.

Mal-wasla tal-Pulizija tad-Distrett tal-Mellieħa sabu ammont konsiderevoli ta’ ħsara fl-imsemmija kamra u minnufih intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Sid il-kamra għandu 38 sena huwa minn Ħ’Attard.

Akta informazzjoni fil-ħin li ġej.