Kok ta’ 44 sena kien ingħata sentenza sospiża ta’ tliet snin ħabs sospiżi għal erba snin wara li ammetta li attakka lil sieħbu baħri b’sikkina u kkaġunalu feriti gravi.
L-inċident seħħ kmieni nhar it-Tlieta filgħodu meta l-Libjan Khaled Ahmed Elfghi attakka lill-baħri Ali mohammed Mohammeb b’sikkina wara li kienu involut f’iċident meta kienu fis-sakra. L-inċident seħħ abbord il-vapur MV Shada li kien ankrat fit-tarzna tal-Marsa. Il-vittma sofra ferita f’għonqu u ttieħed l-Isptar Mater Dei. Mohammed ħafer lill-aggressur tiegħu.
Jirriżulta li l-vittma u l-aggressur tiegħu kienu jafu lil xulxin anki familjarment. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Franceso Depasquale ikkunsidrat ukoll li l-aggressur ammetta mill-ewwel, li dan kien każ ta’ darba u li l-vittma ħafirlu. Il-Qorti kkunsidrat ukoll li l-akkużat joqgħod barra minn Malta u li se jħalli Malta hekk kif il-vapur iħalli Malta. L-akkużat kellu wkoll kondotta nadifa.
//= $special ?>
