Minħabba li l-arjuport ta’ Brussell jinsab magħluq, l-Air Malta se tkun qed topera mill-ajruport ta’ Dusseldorf. Il-passiġġieri li kienu ibbukkjaw biex jivvjaġġaw fuq l-Air Malta minn u lejn Brussell il-Ħamis 24 ta’ April 2016 qed jiġu awtomakiment ibbukkjati fuq din it-titjira.
L-Air Malta qed torganizza trasport bejn Brussell u Dusseldorf fejn hekk kif jaslu Dusseeldorf ix-xarabanks jieħdu lill-passiġġieri lejn Triq Archimede, 25 B – 1000 ħdejn l-ambaxxata Maltija. Il-passiġġieri li bbukkjaw fuq it-titjira lejn Malta KM421 huma mitluba li jkunu fl-indirizz imsemmi mill-inqas fis-2.15 p.m, biex jittieħdu bil-coach lejn Dusseldorf.
Il-Kap Eżekuttiv Kummerċjali tal-Air Malta Joe Galea qal li l-Air Malta temmen li bħala linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta se tkompli tipprovdi servizzi lill-klijenti tagħha. Il-KM 420 jitlaq minn Malta fil-5.10 p.m u ajsal Dusseldorf fit-8 pm. Waqt li l-KM421 jitlaq minn Dusseldorf fid-20.50 p.m u jasal Malta fil-23.35 p.m.
//= $special ?>

