Student ta’ 20 sena jitlef il-ġlieda mal-mewt wara l-attakki fi Brussell

Żagħżugħ ta’ 20 sena tilef il-ġlieda mal-mewt wara li ndarab serjament fl-attakk terroristiku fi stazzjon tal-Metro fi Brussell.

Iż-żagħżugħ, Leopold Hecht, kien qed jistudja l-liġi f’waħda mill-Universitajiet ta’ Brussel qabel inzerta kien fl-istazzjon tal-Metro ‘Maalbek’, fejn seħħet waħda minn tlett splużjonijiet. Iż-żewġ splużjonijiet l-oħra seħħew fl-ajruport ta’ Zanvetem.

Ftit wara l-aħbar tal-attakk terroristiku, il-familjari taż-żagħżugħ appellaw għall-għajnuna permezz tal-media soċjali. Illum, l-Università li fiha kien jattendi l-ġuvni, ikkonfermat li l-istudent tilef ħajjtu.

Fl-aħħar sigħat komplew ħerġin aktar dettalji dwar l-aħħar mumenti tal-vittmi tal-attakki terroristiċi fi Brussell kif ukoll dwar dawk li rnexxielhom isalvaw.