Internazzjonali

Aktar vjolenza qattiela f’Hebron

Żewġ Palestinjani armati nqatlu minn truppi Iżraeljani waqt inċident vjolenti ieħor fl-inħawi ta’ Hebron, fix-Xatt tal-Punent.

Iż-żewġ Palestinjani, aktar qabel kienu aggredew suldat Iżraeljan qrib iz-zona għar-residenti Lhud fil-qalba ta’ Hebron u ferewh b’daqqiet ta’ sikkina.

Il-Palestinjani aktar tard spiċċaw maqtula minn tiri li sparawlhom is-suldati. Il-preżenza tas-sigurtà Iżraeljana qed tiżdied f’Hebron fejn hemm tensjoni akuta bejn il-poplu Palestinjan lokali u l-Lhud tal-inħawi.