Internazzjonali

FILMAT: Suldat Belġjan iġorr lill-midruba ta’ Brussell fuq dahru

Sigħat wara t-traġedja ta’ Brussell, ikomplu joħorġu stejjer ta’ qsim il-qalb, imma wkoll stejjer oħra ta’ eroj li fl-eqqel tax-xokk u l-paniku għal dak li kien għadu kif ġara, insew lilhom infushom biex jgħinu lil ħaddieħor.

Fost dawn, filmat li juri lil suldat Belġjan iġorr fuq dahru lil nies midruba ‘il barra mill-ajruport, ftit minuti wara li żewġ persuni ħallew għexieren mejta u ħafna iżjed midruba.

TWISSIJA: Il-filmat hu grafiku, juri nies midruba u xeni ta’ dmija li jistgħu jdejqu lil min jarah.