Nagħtu ħarsa lejn il-ġurnali tal-llum 24 ta’ Marzu:
Fin-Nazzjon insibu ritratt li jiddomina l-faċċata bl-aħħar tislima lill-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, hekk kif ġie eskortat sa’ Bieb il-Belt. Fl-istess faċċata, naraw artiklu li jsegwi fil-paġni l-oħra dwar l-attakki terroristiċi li saru fuq il-kapitali Ewropea, Brussell. Fin-Nazzjon ukoll nsibu rapporti tal-isplużjoni li seħħet il-bieraħ ma’ boathouse fl-Armier u t-theddida ta’ bomba fuq tal-linja. Aktar aħbarijiet mix-xena lokali jinvolvu l-iskema taċ-ċeldoli, skema finanzjarja, li nieda l-Partit Nazzjonalista, u storja wkoll dwar kif il-Qorti tilqa’ l-mandat ta’ inibizzjoni kontra ċ-ċint li jgħatti l-Belveder fin-Nadur. Il-gazzetta tħabbar li għada fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira mhux se tiġi ppubblikata din il-gazzetta.
Fit-Times of Malta, nerġgħu naraw ritratt dominanti fuq il-faċċata ta’ quddiem meħud fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann waqt il-funeral tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca. Fl-istess gazzetta insibu artiklu dwar l-attakki fi Brussell, u intervista ma’ Maltin li jgħixu hemmhekk. Fil-faċċatta nsibu refernza wkoll għal intervista dwar żgħażugħ li qed isofri mill-marda tal-kanċer u kif hu mimli ħeġġa u kuraġġ li jirbaħ din il-ġlieda. Times of Malta tħabbar ukoll li għada mhux se tkun ppubblikata din il-gazzetta.
The Malta Independent turina ritratt ieħor tal-funeral fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann tal-Arċisqof Mercieca. Fl-istess faċċatta nsibu referenza għall-korrispondenza bejn din il-gazzetta u l-Pulizija, dwar mistoqsijiet ta’ għalfejn il-Pulizija ma hijiex tinvestiga l-każ ta’ Konrad Mizzi u Keith Schembri, bil-Pulizija twieġeb li sa’ issa m’hemm l-ebda suspetti raġonevoli li hemm azzjoni kriminali kontrihom. Referenza wkoll fuq il-faċċatta dwar l-attakki terroritiċi li saru fi Brussell. The Malta Independent tħabbar ukoll li għada din il-gazzetta mhux se tiġi stampata.
L-Orizzont ukoll b’ritratt mill-Belt Valletta quddiem it-Teatru Rjali tal-funeral tal-Arċisqof Mercieca. L-istess gazzetta tirraporta intervista ma’ Lorenzo Vella, l-Malti li ndarab waqt l-attakki terroristiċi fi Brussell.
//= $special ?>
