Lokali

“Il-Gvern għandu jespropja l-art f’Marsaxlokk” – Il-Front jaqbel mal-Oppożizzjoni

Front Ħarsien ODŻ jaqbel mal-Oppożizzjoni u jisħaq li l-Gvern għandu jespropja l-art f’Marsaxlokk.

Fi stqarrija b’referenza għall-aħbar fil-media dwar bejgħ ta’ sitt itmiem ta’ art, li fost l-oħrajn tinkludi l-kosta u salt pans f’Marsaxlokk,il-Front Ħarsien ODŻ, qiegħed jappella lill-Gvern biex jespropja l-art f’Marsaxlokk.

Din l-art qegħda tinbieġħ għall-prezz ta’ €422,000.

Il-Front fi stqarrija kkonkluda li l-Gvern għandu jespropja din l-art, kif ukoll li l-Gvern jassigura l-interess tal-pubbliku.