Il-prezz tal-petrol f’Malta hu ogħla minn 21 pajjiż fl-UE. Dan kien konfermat mill-Kummissjoni Ewropea fil-’Weekly Oil Bulettin’ pubbikat fil-21 ta’ Marzu.
Il-Malta Automobile Club qal li l-21 pajjiż fejn il-petrol hu irħas minn Malta huma l-Awstrija, l-Belġju, l-Bulgarija, il-Kroazija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Fillandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussumburgu, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja u r-Renju Unit.
Fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja l-prezz tal-petrol hu E1 waqt li fil-Bulgarija l-pezz hu 90.6ċ; li jfisser 41.4ċ irħas minn f’Malta jew 31.4 fil-mja irħas. Dwar id-diesel jirriżulta li hemm 24 pajjiż li għandhom iddiesel irħas minn Malta. Dawn huma l-istess 21 pajjiż fejn il-petrol hu irħas bl-eċċezzjoni tar-Renju unit u bl-inklużjoni tad-Danimarka, il-Greċja, l-Olanda u l-Portugall.
Jirriżulta li hemm disa’ pajjiżi fl-UE fejn il-prezz tad-diesel hu inqas minn E1 waqt li fil-Bulgarija d-diesel hu 86ċ, li jfisser 36ċ inqas minn Malta. Il-Club staqsa għaliex l-Enemed tibqa’ ma tippubblikax is-sejħiet għall-offerti. Il-Club sostna li l-Enemed hi inkompetenti biex tikkompeti bir-rati tas-suq bħal ma jsir f’pajjiżi Ewropej oħra inkella qed tagħmel qligħ straordinarju
//= $special ?>