Minkejja l-insistenza tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jiġu nvestigati l-kuntratti kollha li saru mill-Ministru Konrad Mizzi u miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, l-Pulizija għadha ma bdiet ebda investigazzjoni dwar dan. It-talba għal din l-investigazzjoni saret waqt il-Protesta Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni ndirizzata mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tliet ġimgħat ilu. Protesta Nazzjonali li għaliha attendew eluf ta’ Maltin u Għawdxin.
The Malta Independent, fil-faċċata ta’ quddiem, żvelat li minkejja li għaddew tliet ġimgħat, il-Pulizija għadha ma bdiet ebda investigazzjoni. Fit-tweġiba tagħha lill-Independent, il-Pulizija tgħid biss li sa issa ma hemm ebda suspett raġonevoli li setgħet saret azzjoni kriminali. Dan minkejja l-allegazzjonijiet serji fil-pubbliku li kemm Konrad MIzzi kif ukoll Keith Schembri fetħu kumpaniji sigrieti fil-Panama fl-istess żmien li marru bil-moħbi mal-Prim Ministru l-Ażerbajġan. U dan minkejja l-allegazzjoni serja li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri xaħħam direttur tat-Times. Allegazzjoni li waslet għal investigazzjoni interna fit-Times, kif ukoll għar-riżenja tad-Direttur.
Fit-tweġibiet tagħha, l-Pulizija qalet ukoll li wara li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami bagħat ittra formali jitlob investigazzjoni dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena, din bdiet fl-aħħar jiem. F’dan l-iskandlu, l-Awditur Ġenerali sab li teżisti konfoffa bejn Gaffarena u Kastilja.
//= $special ?>

