Għal sena oħra l-Kunsill Lokali Siġġiewi u l-Banda San Nikola qed itellgħa ‘Il-Mixegħela tas-Salib tal-Għolja’ f’Ħamis ix-Xirka. Din l-attivita bdiet fis-18:00. Din se tkun l-ikbar fjakkolata li qatt saret bi 3,000 fjakkola.
Għall-ewwel darba se tkun organizzata, ‘Il-Mixja tal-Ħniena’, li titlaq mill-Pjazza fl-10:00 u tispiċċa fuq il-quċċata ħdejn is-Salib tal-Għolja.
Għall-ewwel darba wkoll, wirja viċin l-istatwa tar-Redentur, organizzata mill-Għaqda Nar Siġġiewi. Barra minnhekk, il-Grupp Armar Siġġiewi bħal kull sena jżejjen il-Pjazza bl-ammont kbir ta’ fjakkoli.
Fil-Pjazza tas-Siġġiewi – li isservi bħala t-tluq tal-mixja – hemm diversi wirjiet minn għaqdiet u individwi.
L-attività tal-mixegħla qed issir bil-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u visitmalta.com
//= $special ?>