Ħaddiema u membri tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejħa biex jistħarrġu nirien li kienu tqabbdu fil-bitħa tas-Central Visa Unit.
Irriżulta li dan in-nar kien tqabbad mill-ħaddiema stazzjonati fil-post biex jaħarqu ġurdien kbir li kien miet fil-bitħa tas-Central Visa Unit.
Biex inqered il-ġurdien il-ħaddiema wżaw ammont ta’ karti mill-uffiċċji. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u ma kienet ikkawżata l-ebda ħsara fil-propjetà.
//= $special ?>

