Internazzjonali

Jivvutaw biex New Zealand iżomm il-bandiera preżenti

Il-poplu ta’ New Zealand ivvota, waqt referendum nazzjonali, biex pajjiżhom jibqa’ iżomm il-bandiera attwali.

Dan ħareġ mir-riżultati preliminari tal-proċess fejn il-mistoqsija ewlenija (fir-referendum) kienet jekk il-bandiera tradizzjonali ta’ New Zealand, li tinkludi l-Union Jack, kellhiex tinbidel b’disinn magħruf bħala Silver Fern li kien deher bħala l-għażla popolari waqt ballottaġġ preċedenti.

Ir-riżultati tar-referendum juru li 56.6 fil-mija vvutaw biex tinżamm il-bandiera ta’ New Zealand waqt li 43 fil-mija vvutaw favur id-disinn ġdid. B’kollox intefgħu ftit aktar minn 2.1 miljun vot.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand, John Key, kien favur li New Zealand jaddotta l-bandiera ġdida iżda issa qed iħeġġeġ biex il-poplu tiegħu ‘jaċċetta l-mandat popolari’.