Qorti tan-Nazzjonijiet Uniti f’The Hague ikkundannat lill-eks Mexxej Serb tal-Bosnja, Radovan Karadzic, għal 40 sena ħabs b’konnessjoni ma’ ġenoċidju u reati assoċjati mal-Gwerra tal-Bosnja li damet mill-1992 sal-1995.
L-Imħallfin f’The Hague sabu lil Karadzic ħati għal għaxra fost il-ħdax il-akkuża miġjuba kontra tiegħu, fosthom il-massakru ta’ rġiel u subien Bosnijaċi-Musulmani li kien seħħ fi Srebrenica, matul is-sajf tal-1995.
Karadzic, li għandu 70 sena, hu l-aktar personalità politika mlaħħqa li għadda minn ġudizzju b’konnessjoni mal-kroll vjolenti tal-Federazzjoni Antika tal-Jugoslavja matul id-disgħinijiet.
Il-proċess tiegħu qed jitqies fost l-aktar importanti dwar reati tal-gwerra mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘il hawn.
//= $special ?>