Kelb tar-razza Fox Terrier kellu jiġi operat u sarulu numru ta’ punti wara li persuna jew persuni mhux magħrufa tawh mill-inqas tliet daqqiet ta’ pala jew għodda oħra.
Sid il-kelb spjega lil dan is-sit li ta’ kuljum il-kelb jinħareġ fi Triq Vendrome, fiż-Żejtun, u fl-inħawi tal-madwar. Xi ħin wara jirritorna lura. Iżda ftit jiem ilu l-kelb dam ma rritorna, u x’ħin ġie kien għaddej minn tbatija qawwija.
Jirriżulta li waqt li kien qed idur, il-kelb qala’ daqqiet ripetuti, x’aktarx b’pala, bil-konsegwenza li sofru mill-inqas tliet farretti. Is-sidien tiegħu ħaduh għand veterinarju u sarulu 30 punt, minbarra dawk fuq in-naħa ta’ ġewwa.
Sid il-kelb qed joffri rigal xiereq lil min jgħaddi xi informazzjoni li twassal biex jinqabad min wettaq dan l-att krudili.
//= $special ?>

