Il-Ministri tat-Trasport tal-Awstralja u l-Malasja qalu li hu kważi ċert li żewġ biċċiet ta’ ajruplan li nstabu fil-Mozambique huma tal-Boeing tal-linja Malaysia Airlines li kien għab sentejn ilu waqt titjira mill-Malasja lejn iċ-Ċina.
Iż-żewġ biċċiet tal-ajruplan nstabu separatament minn membri tal-pubbliku u fl-aħħar ġimgħat kienu ttieħdu lejn l-Awstralja għall-analiżi.
It-Titjira MH370 tal-Malaysian Airlines kienet għabet fit-8 ta’ Marzu tal-2014 meta kien qed iġorr 239 persuna waqt vjaġġ minn Kuala Lumpur għal Beijing.
//= $special ?>