Internazzjonali

Omm tredda’ lit-tarbija tagħha, minkejja l-uġieħ tal-feriti serji

Fir-ritratt mit-Tajlandja, jidher kif l-imħabba ta’ din l-omm rebħet fuq l-uġiegħ li sofriet u xorta waħda baqgħet tredda’ it-tarbija tagħha. Dan ir-ritratt itella’ fuq Facebook, u mal-ewwel numru ta’ nies qasmu l-emozzjonijiet tagħhom, hekk kif ir-ritratt jitkellem waħdu.

Jirriżulta li din l-omm sofriet numru ta’ feriti ta’ natura gravi, fosthom ksur f’idejha, ksur f’saqajha u ferita’ f’rasha. Madanakollu, l-omm xorta waħda baqgħet żżomm ta’ prijorita’ lit-tifel tagħha li għandu biss seba’ xhur.

L-isptar Rong Kwang fit-Tajlandja ikkonferma mal-midja, li kemm l-omm u kemm it-tarbija jinsabu f’kundizzjoni stabbli, u stqarr li t-tobba u l-infermiera qegħdin iżommu superviżjoni fuqhom.