Qawwiet tal-Iraq bdew offensiva biex jieħdu lura l-kontroll ta’ Mosul lill-ISIS.
Il-militar, s’issa, irnexxielu jaħtaf lura numru ta’ villaġġi waqt l-ewwel parti tal-offensiva fuq din il-belt Iraqqija tat-Tramuntana. Dan meta l-azzjoni fuq Mosul għandha l-appoġġ tal-qawwiet tal-ajru mill-koalizzjoni li qed tmexxi l-Istati Uniti, kif ukoll mit-truppi Peshmerga tal-Kurdi u qawwa paramilitari ddominata minn elementi tax-Xiti.
F’Mosul kienu jgħixu madwar żewġ miljun persuna qabel din il-belt waqgħet f’idejn it-terroristi tal-ISIS.
It-tħejjijiet għall-offensiva mill-qawwiet Iraqqin u l-alleati fuq Mosul kienu ilhom għaddejjin għal xhur. Dan meta l-belt, li hi t-tieni l-akbar fl-Iraq, ilha taħt il-ħakma brutali tal-ISIS minn Ġunju tal-2014.
//= $special ?>