Lokali

Qbil dwar il-breakwater ta’ Marsaxlokk

Il-Kunsill lokali ta’ Marsaxlokk jaqbel li jinbeda x-xogħol fuq il-breakwater fil-Ponta tal-Qrejten bil-ħsieb li l-Gvern jibda diskussjonijiet mal-kooperattivi tas-sajd u mal-Kunsill Lokali ta’ biex ikun speċifikat kif se ssir il-ħidma fit-tieni fażi tal-breakwaters ta’ Marsaxlokk.

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali ta’ Marsalokk qal li ż-żewġ kooperattvi tas-sajjieda qablu li jsir il-breakatwater fil-Ponta tal-Qrejten biex ma jintilfux il-fondi tal-UE dment li dan il-breakwater ikollu ilqugħ adegwat biex ikiser il-mewġ. Il-kooperattivi qablu wkoll li jinbnea dan il-breakwater jekk jinbena ieħor mill-Magħluq u joħro ‘il barra b’tali mod li l-parti ta’ ġewwa tal-Bajja ta’ Marsaxlokk fejn jinżmamu l-inġenji ats-sajjieda tkun ta’ kenn għall-istess inġenji u dan ikun esklussivament għall-bastimenti tas-sajjieda professjonali. Għall-bini ta’ dawn il-breakwaters jistgħu jintużaw fondi li kienu se jintużaw għat-tiswija tal-breakwater eżistenti tal-power station ta’ Delimara.