Il-poplu tan-New Zealand ivvota favur li tibqa’ l-bandiera preżenti, dik li fiha l-‘Union Jack’ fil-kantuniera ta’ fuq tax-xellug, fuq sfond blu u b’erba’ stillel ħomor. Iktar minn 2.1 miljun vvota fir-referendum, fejn 56.6% vvutaw favur li tibqa’, filwaqt li 43.2% ivvutaw għall-bidal fil-bandiera.
Il-Prim Ministru tan-New Zealand John Key stqarr li jinsab iddiżappuntat bir-riżultat, u wiegħed li taħt l-amministrazzjoni tiegħu dan il-pun mhux se jerġa’ jitqajjem, u b’hekk aċċetta l-vot tal-poplu.
Hu ħeġġeġ sabiex il-poplu juża, jilqa’ u jkun kburi b’din il-bandiera.
//= $special ?>


