Il-footballer Adam Johnson ingħata sentenza ta’ sitt snin priġunerija talli ppjana u kkorrompa tifla ta’ 15-il sena. Qabel ma tah is-sentenza, l-Imħallef Jonathan Rose ċanfar lill-plejer talli abuża mill-fiduċja li t-tifla kellha fih u kkawżalha “ħsara psikoloġika qawwija”.
Fil-Qorti rriżulta li Johnson, li għandu 28 sena, wettaq l-att sesswali mat-tifla f’Jannar li għadda fil-vettura tiegħu, minkejja li kien konxju li hi taħt l-età. L-Imħallef irrimarka li dak li għamel l-eks plejer internazzjonali wassal biex it-tifla sofriet minn theddid u anke kummenti dispreġġjattivi, fost l-oħrajn fuq is-social media.
//= $special ?>