It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena fetaħ l-impenji tiegħu fl-Awstrija b’telfa ta’ 8-7 kontra l-Afrika ta’ Isfel. It-tim Malti kien minn fuq fil-partita kollha iżda sofra r-rimonta tal-avversarji u spiċċa biex tilef il-konfront bil-gowl li ddeċieda l-konfront jasal 39 sekonda mit-tmiem minn Christian Beamish.
It-tim ta’ Karl Izzo rebaħ l-ewwel sessjoni 1-0 b’gowl minn Jacob Sciberras. It-tieni sessjoni ntemmet f’parità biex iż-żgħażagħ Maltin daħlu jistrieħu 4-3 minn fuq bil-gowls jiġu skorjati minn Ken Erdogan u doppjetta tal-kaptin Darren Zammit.
L-Afrika ta’ Isfel ġabu d-draw fil-bidu tat-tielet sessjoni minn Joshua Faber iżda gowls lejn nofs is-sessjoni minn Jerome Zerafs Gregory, Matthias Azzopardi u Jacob Sciberras taw vantaġġ tajjeb ta’ 7-4 b’Daniel Klein inaqqas id-distakk lejn tmiem is-sessjoni.
Iżda fl-aħħar nofs tal-aħħar sessjoni l-Afrika ta’ Isfel dawru l-iskor permezz ta’ doppjetta ta’ Christian Beamisch u Dylan Watt taw ir-rebħa fl-aħħar lit-tim ta’ Andrew Stewart.
It-tim Nazzjonali Malti jilgħab it-tieni logħba għada fit-8.00 kontra l-Irlanda.
Malta: M. Muscat, K. Erdogan (1), Y. Culic, J. Sciberras (2), J. Zerafa Gregory (1), L. Galea, M. Cutajar, L. Felice, M. Azzopardi (1), D. Zammit (2), B. Grech, N. Zammit, T. Micallef, T. Said
L-Afrika ta’ Isfel: K. Clark, M. Bedderson, D. Siljeur, H. Bedford (1), C. Beamisch (2), S. Farell, D. Watt (1), B. Burke (2), J. Pye, J. Faber (1), D. Klein (1), D. Logesse
Referees: Korolev, Jukes
//= $special ?>


