Sfortunatament jidher li qed issir moda ġdida li persuna jew persuni mhux magħrufa jiżbgħu b’lewn aħdar klieb jew qtates li jgħixu barra.
Fl-aħħar jiem kelba ġiet salvata wara li kien ilha xahar u nofs mitlufa, u ġiet mużbugħa ħadra għal St. Patrick’s minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
Issa kien imiss lil qattusa, li kif jidher f’ritratti li ttellgħu fuq Facebook, spiċċat b’denbha aħdar u strixxa fuq darha miżbugħ bl-istess kulur.
//= $special ?>

