Lokali

Aktar minn 12,000 persuna jattendu għall-mixja b’risq Puttinu

Eluf attendew għal mixja annwali mill-Mellieha sal-Isla b’risq Puttinu, fil-lejl ta’ bejn Hamis ix-Xirka u l-Gimgha l-Kbira.

Il-mixja bdiet fis-2 ta’ filghodu minn quddiem is-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieha, fejn aktar minn 12,000 persun hadet sehem f’din il-mixja ghal karita’. Il-mixja damet madwar 4 sieghat, sakemm il-partecipanti qasmu nofs il-gzira Maltija, sal-knisja tar-Redentur tal-Isla, fejn din l-istess knisja baqghet miftuha wkoll biex il-pubbliku seta’ jidhol jitlob fiha.

Din kienet it-tlettax il-darba li din il-mixja giet organizzata b’risq Puttinu. Illejla wkoll, waqt il-programm Xarabank, ser issir maratona ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares.