Edukazzjoni Lokali

Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Universita’ ta’ Malta

L-Għaqda tal-Malti fl-Università u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jorganizzaw it-tielet edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus fl-Università. Il-Festival se jittella’ bejn il-5 u s-7 ta’ April li ġej.

Matul it-tlett ijiem tal-Festival, il-Librerija tal-Università se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha għall-istudenti b’diversi ttivitajiet.

Fost il-mistiedna ghall-Festival tal-Ktieb se jkun hemm l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg li se jitkellem dwar il-karriera tiegħu lil hinn mill-politika.

Il-kittieba Iżlandiża Gerður Kristný se tkun preżenti fl-attività kull ġurnata. Nhar is-6 ta’ April, il-kittieba se tkun qed tagħti workshop marbut mal-kitba mill-ġdid tal-Mitoloġija, u nhar is-7 ta’ April jiġi fi tmiemu l-festival b’qari u sessjoni ta’ mistoqsija u twegiba lill-istess awtriċi.

Il-Festival miftuħ għal kulħadd u bla ħlas.