F’pajjiżna hawn mijiet, jekk mhux eluf ta’ persuni li għalihom, il-Ġimgħa Mqaddsa hija l-aktar ġimgħa importanti. Filfatt mijiet jipparteċipaw fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, li jispikkaw f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Fis-sagristija tal-Knisja ta’ Ġieżu l-Belt, NETnews.com.mt iltaqa’ mal-aħwa Bonello: Edward, Francesco, David u Chris. Erba’ aħwa li għandhom għal qalbhom il-Ġimgħa l-Kbira u li sena wara l-oħra, l-erba’ li huma tarhom iħejju l-make-up u x-xagħar ta’ għexieren ta’ karattri.
Sa’ minn ċkunithom, l-erba’ aħwa kienu involuti f’dan ix-xogħol meta kienu joqgħodu jaraw lil missierhom jagħmel l-istes xogħol. Ma’ NETnews.com.mt, huma spjegaw ix-xogħol tagħhom u kif jibqgħu inkwetati għall-irtokkijiet li jkunu għamlu sa’ wara li toħroġ il-Purċissjoni.
Ara l-filmat bil-kummenti tal-aħwa Bonello.
//= $special ?>

