Raġel ta’ nazzjonalita’ Għarbija weġġa’ u kellu jittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li qala’ daqqiet f’rasu b’oġġett tal-injam, aktarx ‘baseball bat’, mill-ġar tiegħu. Dan seħħ waqt argument ma’ Malti li jgħix fl-istess blokka ta’ appartamenti.
L-inċident seħħ fi Triq is-Sifa fil-Mellieħa u l-vittma għandu 37 sena. Il-persuna li aggredixxa lill-vittma hu ta’ nazzjonalita’ Maltija u għandu 51 sena. Skont informazzjoni mogħtija mill-Pulizija, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.40 ta’ filgħaxija.
Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei. Issejjħu wkoll uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll membri mir-Rapid Intervention Unit biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni peress li jidher li l-inċident seħħ kawża ta’ argument bejn iż-żewġ persuni.
L-Għarbi spiċċa mixħut mal-art bid-demm ħiereġ minn rasu waqt li ftit tal-ħin wara żviluppa argument ieħor. Dan hekk kif missier il-mara tal-Għarbi, li hi Maltija, sar jaf x’ġara u mar fil-post fejn infexx fil-propjeta’ tal-Malti.
//= $special ?>

