Knisja Lokali

Il-Ġimgħa l-Kbira – Jum ta’ Sawm, Penitenza u Astinenza għall-Knisja Kattolika

Il-Knisja Kattolika llum qed tfakkar Jum il-Ġimgħa l-Kbira, tifkira għażiża għall-Insara meta Ġesù Kristu offra ħajtu bil-Passjoni tiegħu sal-Mewt tas-Salib fuq l-Għolja tal-Kalvarju.

Din il-Festa twassal lill-Knisja Kattolika għall-akbar Festa tagħha … Jum l-Għid il-Kbir, il-Ħadd li ġej.

Fil-Knejjes kollha, illum ma jsirx Quddies u dalgħodu huma ħafna dawk li jkomplu bil-Viżti quddiem l-Artal tar-Repożizzjoni, li bdew ilbieraħ filgħaxija. Fit-3pm, il-ħin meta jingħad li miet Ġesù, madwar id-dinja tibda l-Funzjoni bl-Adorazzjoni tas-Salib.

Matulha, l-Insara miġbura fi Knisja mdallma u mneżża’ jfakkru r-rakkont tal-Passjoni u l-Mewt, filwaqt li jaduraw l-Għuda tas-Salib. Aktar tard, imbagħad, isiru l-Purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Il-Knisja titlob li llum in-Nisrani jsum u jasteni mill-ikel.