Il-Kunsill Għawdxi taż-Żagħżagħ organizza konferenza reġjonali dwar il-ħiliet fit-tmexxija.
28 għaqda taż-żagħżagħ ibbażati f’Għawdex ippreżentaw ir-riżultati tagħhom hekk kif f’dawn l-aħħar 12-il xahar, iż-żagħżagħ attendew sessjonijiet u workshops ma’ esperti internazzjonali, akkademiċi u imprendituri biex jitgħallmu ħiliet tat-tmexxija.
Dan jinkludu kapaċitajiet imprenditorjali għodod fil-promozzjoni u t-tagħlim, taħriġ fl-iżvilupp personali u prattiċi ta’ kif wieħed jilħaq l-għanijiet tiegħu. Ħiliet sabiex iż-żagħżagħ isiru mexxejja kreattivi.
Il-pjan preżentat jinkludi iktar minn 60 proposta għall-preżent u l-futur ta’ Għawdex fosthom, ir-rikonoxximent legali ta’ Għawdex bħala reġjun, iktar awtonomija b’Parlament reġjonali, it-tieni ajruport internazzjonali, universita’ internazzjonali bbażata f’Għawdex u l-Membri Parlamentari Ewropej ikunu eletti minn sitt reġjuni differenti.
Il-President tal-Kunsill Għawdxi taż-Żgħażagħ Mark Schembri qal li Għawdex għandu bżonn żagħżagħ li huma lesti li jinvestu fih u jiffaċċjaw l-isfidi li għandha l-Gżira Għawdxija.
//= $special ?>