Il-pulzija Belġjana tarresta sitt persuni fi Brussell bħala parti mill-investigazzjonijiet tal-attakki terroristiċi li fiha tilfu ħajjithom aktar minn 30 vittma nhar it-Tlieta.
L-arresti saru fid-distrett ta’ Schaerbeek, u s’issa għadhom ma ġewx ikkonfermati l-persuni li ġew arrestati li huma possibilment marbutin ma’ dan il-każ tal-attakki.
F’każ simili, fi Franza, persuna ġiet arrestata wara suspetti li dan kien wieħed mill-mħuħ wara l-attakki f’Pariġi. Fiflatt, ħafna qegħdin jisħqu li l-bombi ta’ Brussell huma marbutin mal-attakki f’Pariġi.
L-ISIS ħadet respnsabbilita’ kemm għall-attakki fi Brussell u anke f’Pariġi.
//= $special ?>