Internazzjonali

Inqatel il-viċi kap tal-ISIS

epa05230696 (FILES) An undated mugshot released by the US State Department's Rewards for Justice (RJF) of Abu Alaa al-Afri. Abu Alaa al-Afri, aka Abd al-Rahman Mustafa al-Qaduli, the Islamic State group?s second in command has been killed in a US raid in Syria, defence secretary Ash Carter announced 25 March 2016.. EPA/STATE DEPARTMENT / HANDOUT BEST QUALITY AVAILBLE HANDOUT EDITORIAL USE ONLY HANDOUT EDITORIAL USE ONLY

Ashton Carter, is-Segretarju tad-Difiża Amerikan, il-Ġimgħa ħabbar li kien inqatel Abdul Rahman Mustafa al-Qaduli, meqjus il-viċi kap tal-ISIS.
Dan waqt ħidma militari Amerikana fis-Sirja. Għalkemm Carter ma daħalx fid-dettalji, l-indikazzjonijiet huma li din kienet xogħol truppi speċjali Amerikani u mhux attakk mill-ajru.
Tul dawn l-aħħar ġranet kien hemm diversi uffiċjali għolja tal-ISIS li spiċċaw fil-mira.
Skont l-istazzjon Amerikan NBC, Qaduli, li kien mill-Iraq, inqatel waqt rejd minn truppi speċjali Amerikani kmieni l-Ħamis filgħodu.
Jidher li dawn niżlu bil-ħelikopter u għamlu nasba għal Qaduli hekk kif kien qed jivvjaġġa bil-karozza. Jidher li t-tir kien li jinqabad ħaj imma dan ma setax iseħħ minħabba l-ġlied li nqala’. Apparti Qaduli nqatlu tliet militanti oħra li kienu qed jakkumpanjawh.