Sport Waterpolo

Rebħa għat-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena

Wara t-telfa kontra l-Afrika ta’ Isfel, it-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena kiseb l-ewwel rebħa meta għeleb lil Irlanda 23-4. Il-Maltin iddominaw il-logħba mill-bidu sal-aħħar u baqgħu jissieltu għal aktar gowls anki fl-aħħar sessjoni xi ħaġa importanti biex tgħin għal moral tat-tim wara t-telfa fl-aħħar sekondi l-bieraħ.

It-tim Malti mar 5-0 minn fuq sal-ewwel ħames minuti tal-partita b’Jacob Sciberras jiskorja doppjetta. Michael Murphy naqqas id-distakk iżda Luca Felice poġġa lill-Maltin 6-1 minn fuq fi tmiem l-ewwel sessjoni.

L-andament tal-logħba kompla l-istess bit-tim Malti saħansitra mar 9-1 minn fuq sa nofs it-tieni sessjoni. Matthew Haynes naqqas id-distakk għat-tim Irlandiż, iżda Jacob Sciberras u Darren Zammit reġgħu skorjaw biex daħħlu lit-tim Malti 11-2.

L-istess żewġ plejers reġgħu skorjaw fil-bidu tat-tielet sessjoni b’Mark Moran jiskorja t-tielet gowl għal Irlanda b’Jerome Zerafa Gregory jiskorja t-tieni gowl personali tiegħu u jagħmel l-iskor 14-3.

It-tim Malti kompla jiddomina anki fl-aħħar sessjoni tant li skorja disa’ darbiet kontra gowl Irlandiż biex rebaħ b’mod komdu 23-4.

Irlanda: S. O’Brien, F. McConvey, C. Bowden, P. Tracey, M. Moran (1), M. Murphy (2), D. O’Connor, M. Hynes (1), T. Kelly, A. Mullaney, M. Connolly, S. Basri Gul, C. McDonogh

Malta: M. Muscat, K. Erdogan, T. Said, J. Sciberras (5), J. Zerafa Gregory (3), L. Galea (3), M. Cutajar (1), L. Felice (2), M. Azzopardi (2), D. Zammit (3), B. Grech (1), N. Zammmit (2), T. Micallef

Referees: Lukasz Krol, Gareth Twohey