Persuna ndarbet wara li l-Pulizija fetħu n-nar fil-kapitali Belġjana Brussell hekk kif kien qed isir rejd kontra t-terroriżmu.
Uffiċjali qalu li r-rejd f’Schaerbeek kellu rabta mal-arrest li sar il-Ħamis f’Pariġi u fejn intqal li kien imxejjen attakk terroristiku ieħor fil-kapitali Franċiża. Dan hekk kif jidher li dak arrestat kien f’xifer li jwettaq attakk terroristiku ieħor f’Pariġi.
Fi Brussell ukoll saru sitt arresti wara l-attakk ta’ nhar it-Tlieta li fih inqatlu 31 persuna. Fost dawk arrestati hemm suspetti li hemm kompliċi ta’ Khalid El Bakraoui, li sploda lilu nnifsu fl-istazzjon ta’ Brussell u li jidher f’ritratt fl-ajruport ta’ Zaventem ftit qabel l-attakk liebes ġakketta ċara flimkien ma’ Najim Laachraoui u ħu Khalid, Ibrahim.
Laachraoui u Ibrahim El Bakraoui nqatlu fl-attakki ta’ nhar it-Tlieta.
Rejds u arresti fi Brussell u Pariġi
