Tradizzjoni ewlenija fil-kultura’ devozzjonali Maltija marbuta mal-jiem ta’ Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira huma s-Seba’ Visti li jibdew f’jum Ħamis ix-Xirka u jkomplu propju fl-għodwa tal-Ġimgħa l-Kbira sa nofsinhar.
Il-Visti jibdew wara l-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka filgħaxija fejn iċ-ċelebrant tal-quddiesa simbolikament jaħsel saqajn 12-il raġel, rappreżentazzjoni ta’ Ġesu’ Kristu li ħasel saqajn l-Appostli tiegħu qabel beda t-triq għall-kalvarju.
Waqt din il-quddies is-Sagrament jitneħħa mill-artal prinċipali, li jitneżża mit-tiżjin tiegħu biex l-attenzjoni ddur lejn dak li jissejjaħ bħala s-sepulkru – li huwa bħal altar sekondarju li jintrama apposta u jiżżejjen bi fjuri u xemgħat biex jilqa’ s-Sagrament. Wara din il-quddiesa, huma hafna dawk li jerħulha lejn diversi knejjes u kappelli madwar pajjiżna fejn iqattgħu xi ħin ta’ adorzazzjoni quddiem is-sepulkru ta’ seba’ knejjes differenti.
Matul dawn il-visti, l-Insara jfakkru seba’ episodji differenti mill-passjoni ta’ Ġesu’ Kristu u l-mixja tiegħu lejn il-Kalvarju.
It-tradizzjoni bdiet f’Ruma f’nofs is-seklu sittax minn San Filippu Neri. Il-viżti kienu jieħdu l-forma ta’ pelligrinaġġ ma’ seba’ knejjes madwar Ruma, l-erba’ bażiliċi – jiġifieri San Pietru fil-Vatikan, San Pawl fuori le mura, San Giovanni Laterano u Santa Maria Maggiore u tliet knejjes ohra: Santa Croce in Gerusalemme, San Lorenzo al Veran u San Sebastiano Fuori le Mura.
Tul is-snin, it-tradizzjoni kibret fil-popolarita’ u nfirxet lejn in-Nofsinhar tal-Italja u r-Renju ta’ Sqallija u eventwalment waslet ukoll f’pajjiżna.
//= $special ?>