Is-Salesjan Tom Uzhunnalil allegatament inħataf minn erba’ militanti tal-ISIS meta daħlu f’dar tal-anzjani fl-4 ta’ Marzu f’Aden Yemen, u qatlu 16-il persuna.
Sorsi li qed jiġu rrapurtati qegħdin jisħqu, li dan is-saċerdot inħataf sabiex l-ISIS jużawh biex jgħadduh mill-istess martirju li għadda Ġesu Kristu. Fi kliem ieħor, se jużaw lis-Salesjan sabiex jippersonifikaw il-passjoni li għadda minnha Kristu, sakemm wasal sal-mewt fuq is-salib, propju fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira.
Il-Knisja bħalissa tinsab inkwetata dwar id-destin tas-Salesjan Indjan, hekk kif hi qegħda tgħid li dawn ir-rapporti tal-ħtif huma konvinċenti ħafna, u l-biża’ hi li verament is-saċerdot Tom Uxhunnalil se jiġi msallab.
Il-Gvern Indjan stqarr, li qed jagħmlu l-investigazzjonijiet kollha possibli sabiex isibu lil dan is-Salesjan, qabel ma jkun tard wisq
Minkejja r-rapporti kollha, s’issa l-ebda grupp għadu ma’ ħa responsabbilta’ għall-ħtif tiegħu, iżda persuna li skansat l-attakk mill-ISIS, qalet li l-grupp estremist Islamiku kien wara dan il-ħtif. Din il-persuna li ħarbet mill-post fejn ġie attakkat kienet soru, li ddeskrivit kif kien hemm xeni makabri mill-militanti tal-ISIS. Skont din is-soru, l-militanti bdew jorbtu lill-ostaġġi mas-siġar, u wieħed wieħed jisparawlhom tir f’rashom.
//= $special ?>