Il-Korea ta’ Fuq komunista iċċirkolat film ġdid ta’ propaganda bit-tema ‘L-Aħħar Ċans’ u li jibbaża fuq theddida ewlenija fil-konfront tal-Istati Uniti.
Il-filmat inkwistjoni jwassal id-dehra diġitali ta’ missila nukleari qed tkun sparata minn sottomarin u li, ‘il quddiem, tħalli straġi fil-qalba tal-kapitali Amerikana, Washington.
Il-filmat, imbagħad jikkonkludi bid-dehra ta’ bandiera tal-Istati Uniti bin-nirien telgħin minnha.
Fl-aħħar ġimgħat, il-Korea ta’ Fuq żiedet il-kummenti u messaġġi provokattivi kontra l-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel, fost referenzi għall-possibbiltà ta’ attakki nukleari u azzjonijiet militari konvenzjonali kontra ‘l-għedewwa ta’ Pyongyang’.
//= $special ?>