Bħalissa, fl-Istati Uniti, għaddejja votazzjoni oħra fit-tellieqa għall-White House li tikkonċerna biss lill-Partit Demokratiku.
Din il-votazzjoni, jew caucus, qed issir fl-Istati ta’ Washington, Hawaii u Alaska u hawnhekk is-Senatur minn Vermont, Bernie Sanders, qed jipprova jnaqqas mid-distakk bejnu u l-eks-Segretarju tal-Istat Amerikan Hillary Clinton li hi r-rivali ewlenija f’din it-tellieqa.
Clinton hi l-favorita li tikseb in-nomina tal-Partit Demokratiku biex tikkontesta l-Presidenza tal-Istati Uniti kontra l-kandidat magħżul tal-Partit Repubblikan.
//= $special ?>