Ġlieda bejn ġirien fi Triq is-Sifa fil-Mellieħa l-bieraħ wara nofsinhar wasslet sabiex persuna, Libjan ta’ 37 sena, ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Il-Pulizija qalet li l-persuna li weġġga wara li qala daqqiet ta’ baseball bat waqt il-ġlieda u b’hekk sofra ġrieħi serji f’rasu. Il-ġar tal-Libjan huwa Malti ta’ 51 sena li joqgħod fl-istess blokka ta’ appartamenti.
Mal-Libjan tgħix mara Maltija fejn jidher li missier il-mara Maltija hekk ra lil Libjan bid-demm ma’ rasu allegatament infexx fil-mutur tal-Malti l-ieħor. Waqt l-argument jidher li saħansitra twaddbu xi qsari.
Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ fis-6.40pm tal-bieraħ u qegħda tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>

