Lokali

Ħamsa jgħixu fi tliet kmamar li qabel kienu uffiċċju

B’erbat itfal, Aisha jkollha tgħix f’dak li qabel kien uffiċċju bi tliet kmamar. Iżda minkejja sitwazzjoni ta’ faqar, hi ppruvat tagħmel li tista’ biex kemm jista’ jkun il-familja tgħix komda, tant li nefqet iċ-children’s allowance biex irranġat kemm setgħet il-propjeta’ u xtrat xi għamara.

Madankollu l-umdita’ tal-post mill-ġdid għamlitilha ħsara kbira, u l-post baqa’ żgħir tant li bilkemm għandhom fejn jiċċaqilqu. Hi u binha jorqdu fl-istess sodda.

Il-familja tixtieq tirranġa s-sitwazzjoni tagħha, b’uliedha jistudjaw u jittamaw li jkunu jistgħu jsibu xogħol ħalli bil-paga tagħhom jgħinu lil ommhom tirranġa l-post.

Min jixtieq jgħin lil din il-familja jew għandu xi storja umana oħra li jixtieq jaqsam magħna jista’ jagħmel kuntatt fuq matthew.mamo@media.link.com.mt. Il-familja ma tixtieqx tiddependi biss fuq il-karita’, anzi bint Aisha tixtieq taħdem, idealment f’xogħol li jkompli mal-istudju tagħha fil-business u l-accounting, biex bil-paga ttejjeb il-ħajja tal-familja.